Hub għall-ilmenti finanzjarji

Il-Hub għall-Ilmenti Finanzjarji huwa riżors iddedikat għall-konsumaturi li qed jfittxu gwida dwar diversi ilmenti finanzjarji u d-drittijiet tagħhom. Hawnhekk issib informazzjoni essenzjali dwar tipi speċifiċi ta' tilwim finanzjarju u tagħrif biex jgħinek tinnaviga d-dinja kumplessa tas-servizzi finanzjarji.

Sfajt vittma ta’ xi scam?

Mill-1 t’Ottubru, il-mandat tal-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji twessa’ sabiex ikun jista’ jaċċetta ilmenti mingħand kwalunkwe persuna jew entità li sfaw vittma ta’ xi transazzjoni ta’ pagament frawdolenti suspettuża li kienet tinvolvi fornituri ta’ servizzi finanzjarji.  

Għaldaqstant, kwalunkwe persuna (inkluż individwi jew kumpaniji ta’ kwalunkwe qies) li sfaw vittma ta’ transazzjoni ta’ pagament frawdolenti, liema transazzjoni ġiet proċessata fl-1 t’Ottubru 2025 jew wara, u saret permezz ta’ fornitur ta’ servizzi finanzjarji li huwa lliċenzjat Malta, jista’ jissottometti ilment lill-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji għall-investigazzjoni.  

Għal transazzjonijiet li seħħew qabel din id-data, hemm ċertu limitazzjonijiet li jistgħu japplikaw.  Fi kwalunkwe każ, jekk inti sfajt vittma ta’ xi scam u għandek bżonn iktar informazzjoni tista':

▪ iċċemplilna fuq +356 21249245 jew 80072366 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju; jew

▪ tibgħatilna messaġġ fuq WhatsApp fuq +356 79219961; jew

▪ tibgħatilna l-mistoqsijiet tiegħek online fuq din il-link

Jekk trid tagħmel ilment, aqra aktar dwar dan hawnhekk.

Tixtieq tkun taf dwar kif nittrattaw ilmenti relatati ma' scams? Aqra aktar hawn taħt.