Ikkuntattjana

F’din il-paġna ssib kif tista’ tagħmel kuntatt magħna meta tkun tixtieq tistaqsina xi ħaġa jew titlobna l-għajnuna.

 

Staqsina elettronikament

Tista’ tibagħtilna mistoqsija meta trid mill-formola elettronika. Nagħmlu l-almu tagħna biex inweġbuk fi ftit jiem minn meta tidħlilna l-mistoqsija tiegħek.

Ibagħtilna mistoqsija

 

Ċemplilna

Il-linji tagħna jkunu miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa f’dawn il-ħinijiet: Fix-xitwa: mit-8am sat-3pm // Fis-sajf: mit-8am sas-1pm.

 

Freephone

Ċemplilna b’xejn fuq 80072366 (it-telefonata tkun b’xejn jekk iċċemplilna minn linja fissa f’Malta, inkella japplikaw it-tariffi standard tal-provditur tat-telefonija tiegħek).



 

Mobile u Whatsapp

 +356 79219961 

Tista’ tiktbilna messaġġ u nċemplulek lura waqt il-ħinijiet tal-ftuħ

 

Linja Fissa

+356 21249245

 

Ibagħtilna l-ilment tiegħek

Jekk tixtieq tibagħtilna lment, imla l-formola elettronika tal-ilmenti jew niżżel kopja tagħha pdf. Jekk jogħġbok aqra l-passi kollha qabel tibda timlieha. 

 

Fejn qegħdin

L-indirizz postali tagħna hu: L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, Triq Ġdida fi Triq Reġjonali, L-Imsida MSD 1920, Malta. Kwalunkwe komunikazzjoni u dokumentazzjoni tista’ tgħaddihielna bil-posta, b’telefonata jew elettronikament (complaint.info@asf.mt). Tużax dan l-indirizz elettroniku biex tibgħat l-ilmenti jew il-mistoqsijiet tiegħek. Għal dawn uża l-formola elettronika.

 

Fejn issibna

Ġentilment nitolbuk li tagħmel appuntament qabel iżżur l-uffiċċji tagħna fl-Imsida.

Bil-karozza privata tiegħek

Inkunu nistgħu nipprovdu parkeġġ temporanju kumplimentari għall-viżitaturi li jkunu għamlu appuntament mal-uffiċċjali tagħna. Jekk jogħġbok kun żgur li tinnotifika lill-uffiċjal tagħna bil-quddiem jekk qed tippjana li żżurna billi tuża l-vettura privata tiegħek. Sibna fuq Google Maps: https://maps.app.goo.gl/gyETUtqeTErd8gwQ8

Bit-taxi jew jekk se jwassluk 

Itlob lis-sewwieq tiegħek biex jipponta d-direzzjoni għal din il-link fuq Google Maps: https://maps.app.goo.gl/gyETUtqeTErd8gwQ8

Bit-trasport pubbliku:

Mill-Belt Valletta lejn it-tramuntana: Għandek għażla ta’ diversi rotot tal-karozzi tal-linja (bħal 41, 43, 44, 45, 46, 48, 49, 50, 54, u 280). Għal skedi dettaljati u informazzjoni dwar ir-rotta, jekk jogħġbok żur publictransport.com.mt. Għandek tinsel fil-waqfa jisimha ‘Pont’, u minn hemm ipproċedi għall-pont tal-Imsida, li jinsab ftit ‘il bogħod tul it-triq minn fejn tinżel. Fi triqtek, oqgħod attent meta taqsam it-toroq tal-ġenb peress li m'hemm l-ebda qsim pedonali indikat. L-uffiċċju tagħna jinsab ħdejn il-pont, f'bini miżbugħ griż skur. Id-daħla għall-uffiċċji tagħna hija mill-bieb prinċipali ħdejn ir-ristorant. Jekk teħtieġ aktar għajnuna, ċemplilna fuq 21249245.

Mit-tramuntana sejjer lejn il-Belt Valletta: Għandek għażla ta’ diversi rotot tal-karozzi tal-linja (bħal 41, 43, 44, 45, 46, 48, 49, 50, 54, jew 280). Għal skedi dettaljati u informazzjoni dwar ir-rotta, jekk jogħġbok żur publictransport.com.mt. Għandek tinżel fil-waqfa jisimha ‘Pont’, li tinsab quddiem ix-showroom ta' Form. Wara li tinżel mill-karozza tal-linja, imxi ftit 'il bogħod fit-triq lejn l-uffiċċji ta' Identità sakemm tasal f’pedestrian crossing mgħammra b'dwal tat-traffiku. M’għandekx taqsam Triq il-Wied, peress li hija triq traffikuża fl-Imsida. Wara li taqsam għan-naħa l-oħra tat-triq, ipproċedi għall-pont tal-Imsida. Fi triqtek, oqgħod attent meta taqsam it-toroq tal-ġenb peress li m'hemm l-ebda qsim pedonali indikat. L-uffiċċju tagħna jinsab ħdejn il-pont, f’bini miżbugħ griż skur. Id-daħla għall-uffiċċji tagħna hija mill-bieb prinċipali ħdejn ir-ristorant. Jekk teħtieġ aktar għajnuna, ċemplilna fuq 21249245.